Join Us On:

News Archive

TOĦROĠ IL-POSTER UFFIĊĊJALI TA’ L-OPRA

Festival Mediterranea riesaq lejn is-sitt sena tiegħu, festival ta’ kultura li jiftaħ nhar il-Ħamis 25 t’Ottubru bl-ewwel rappreżentazzjoni ta’ l-opra Verdjana ‘Macbeth’ ġewwa t-Teatru Astra. Il-preparamenti laħqu l-qofol tagħhom f’dawn il-jiem, u x-xogħol kemm fuq ix-xenarju, kif ukoll il-preparamenti ta’ l-orkestra u l-kor tat-teatru jinsabu fl-aqwa tagħhom, biex għal darb’oħra t-Teatru Astra joffri spettaklu operistiku uniku fil-gżejjer Maltin. Xhieda ta’ dan huma ¬ż-żewġ rappreżentazzjonijiet li ser isiru ta’ l-opra ‘Macbeth’ li s’issa kien hemm rispons kbir għalihom min-numru kbir ta’ dilettanti ta’ l-opra Maltin, Għawdxin u fuq kollox numru kbir ta’ barranin li għal sena oħra ser jerġgħu jingħaqdu magħna għal Festival Mediterranea 2007.

Intant, illum ġiet imnedija l-poster uffiċjali ta’ l-opra ‘Macbeth’ fuq disinn ta’ Michael Formosa – poster li tinkludi d-dettalji kollha ta’ din il-produzzjoni Verdjana fit-Teatru Astra. Dawk kollha li jixtiequ aktar informazzjoni dwar l-opra ‘Macbeth’ u Festival Mediterrana għandhom iżuru l-website uffiċjali www.mediterranea.com.mt, li ġiet proprju inawgurata l-bieraħ, fuq disinn ġdid li jikkumplimenta mal-website uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ (lastella.com.mt.mt) l-organizzaturi ta’ Festival Mediterranea.

www.mediterranea.com.mt – lastella.com.mt.mt