Join Us On:

News Archive

TITĦABBAR IL-MEWT TAS-SUR ANTON ZAMMIT

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tinsab fl-luttu kbir fl-aħbar tat-telfa ta’ Anton Zammit, wieħed mill-pilastri li serrħet fuqhom fl-aħħar deċenni u Ġorġjan mill-aktar eżemplari.

Is-Sur Anton Zammit serva, fost l-oħrajn, fil-karigi ta’ Teżorier, Segretarju u Viċi-President tas-Soċjeta.

Il-funeral ser jsir nhar il-Erbgħa 17 ta’ Settembru. Il-korteo funebri bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella jibda fil-4.30pm minn quddiem is-sede tas-Soċjeta’ fi Triq ir-Repubblika u jkun segwit bil-quddiesa praesente cadavere fil-Bażilika ta San Ġorġ fil-5.30pm.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Grazzi Toni!

Ritratt ta’ meta fl-2020 is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, bħala rikonixximent tal-ħidma eżemplari u kontribut inkondizzjonat, ħatret lis-Sur Anton Zammit fil-kariga ta’ Viċi-President Anzjan tas-Soċjetà