Join Us On:

News Archive

TISLIMA LILL-VITTMI TAL-KAMRA TAN-NAR

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq tingħaqad mal-poplu kollu Għawdxi u b’mod speċjali mar-raħal tal-Fontana – raħal qrib ħafna s-Soċjeta’ tagħna – biex twassal il-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi tal-kamra tan-nar ta’ Farrugia Brothers, li taret il-bieraħ 5 ta’ Settembru għall-ħabta tas-6.10pm. 

Din l-isplużjoni ħalliet erba’ vittmi: sid il-kamra tan-nar Ninu Farrugia; ibnu Noel u martu Antoinette; u Jean Pierre Azzopardi mix-Xewkija. Ġarrbu wkoll ġrieħi gravi iben Ninu, Raymond u ibnu tar-rispett, Paul. Dawn it-tnejn qed jiġu rikoverati fl-isptar Mater Dei. 

Inwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tal-vittmi, filwaqt li nitolbu għall-persuni li qed jiġu rikoverati u għall-erba’ vittmi li ħallewna l-bieraħ.

Agħtihom O’ Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.