Join Us On:

News Archive

TIBDA SENA IMPENJATTIVA GĦALL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Il-bieraħ, il-Banda Ċittadina La Stella, bdiet is-servizzi tagħha marbuta mall-festi, bis-sehem tagħha fil-festa ta’ San Ġwan Bosco li ssir fil-Belt Victoria. Is-sehem tal-banda beda minn Triq Vajrinġa fejn għamlet marċ brijuż sa Pjazza Sant’ Wistin. Dritt wara bdiet ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġwann Bosco u l-banda tagħna akkumpanjatha matul it-toroq tal-Belt Victoria bid-daqq ta’ diversi innijiet reliġjużi.

B’hekk il-banda għamlet l-ewwel servizz fil-festi għas-sena 2025. Minn din il-paġna nixtiequ ngħidu prosit lill-organizzturi tal-festa u l-dawk kollha li ħadu sehem fid-diversi attivitajiet tal-ġimgħa. Viva San Ġwann Bosco!