Join Us On:

News Archive

TIBDA N-NOVENA TA’ SAN ĠORĠ

Illum is-Sibt 30 ta’ Ġunju tibda n-Novena ta’ San Ġorġ bi tħejjija għall-Festa fil-15 ta’ Lulju. Bħalma rajna f’dawn l-aħħar snin, l-Uffiċċju Parrokkjali qed jieħu ħsieb li għal dawn id-disat ijiem, waqt il-Quddiesa tas-7.00pm, jittella’ dramm mit-tfal, adolexxenti u żgħażagħ, kif ukoll xi atturi adulti, ibbażat fuq il-ħajja ta’ San Ġorġ u b’formazzjoni Nisranija mibnija fuq il-valuri li ħaddan il-qaddis Patrun tagħna. L-episodji din is-sena ġew miktuba minn Dun Simon Mario Cachia u se jinħadmu għall-ewwel darba; it-tema hi: “Nixbhu lil San Ġorġ kif San Ġorġ kien jixbah lil Kristu”. Antonella Zammit, flimkien mat-tim ta’ animaturi magħmul minn Francesco Pio Attard u Monica M. Parnis fost oħrajn, qed tieħu ħsieb id-direzzjoni artistika.
Għalhekk nagħmlu appell lill-familji Ġorġjani kollha biex jattendu bi ħġarhom għal din in-Novena, li barra li għandha l-għan li tgħinna nidħlu fl-ispirtu tal-Festa, hi okkażjoni tad-deheb għal formazzjoni Nisranija b’saħħitha f’mixja lejn il-festa titulari. Inkunu wkoll qed nagħmlu kuraġġ lil uliedna u ż-żgħażagħ tal-parroċċa f’din il-ħidma tassew importanti.

(Ritratti: Novena ta’ San Ġorġ 2011)