TEATRU ASTRA JOFFRI L-OPPORTUNITÀ SABIEX TKUN PARTI MILL-OPRA AIDA
Bi preparazzjoni għall-produzzjoni tal-opra AIDA li ser tkun qed tittella’ fis-27 u 29 ta’ Ottubru 2016, Teatru Astra qed jistieden lil dawk kollha li huma interresati sabiex jipparteċipaw fl-opra ta’ din is-sena.
Teatru Astra ser jkun qed jilqa’ applikazzjonijiet ta’ persuni interressati sabiex jifformaw parti mill-kor tal-opra ta’ din il-produzzjoni, kif ukoll għall-partijiet oħra li ma jinvolvux kant.
Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem huma mħeġġa sabiex jimlew l-formola tal-applikazzjoni li tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt lastella.com.mt.
Wara l-proċess tal-applikazzjoni, ser tkun qed issir audition lil dawk li ser japplikaw, id-dati jiġu mħabbrin aktar il-quddiem.
L-applikazzjonijiet jigu milqugħa sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu. Il-booking għall-opra jinsab ukoll miftuh. Aktar informazzjoni hi aċċessibli mill-indirizz elettroniku [email protected] jew 21550985.
L-opra AIDA qed tittella’ permezz tas-support tal-Gozo Cultural Support Programme.