Join Us On:

News Archive

TĦASSRU L-FESTI ESTERNI TAL-KUNĊIZZJONI

Kmieni wara nofsinhar ġie deċiż li jitħassru l-festi esterni tal-Immakulata Kunċizzjoni minħabba l-maltemp li ppersista matul il-jum kollu.  Għalhekk is-servizzi li l-Banda tagħna kellha ppjanati għal-lum mhux se jsiru.  Jekk Alla jrid nerġgħu nagħmlu l-istess appuntamenti għas-sena d-dieħla.

Intant fit-Teatru Astra llum komplew il-provi għal Miliedfest li se jsir fit-22 ta’ Diċembru.  Il-Booking huwa miftuħ u wieħed jista’ jċempel fuq 99021591 biex jibbukkja.