Join Us On:

News Archive

SUĊĊESS GĦALL-ASTRA FOLK GROUP FI SPANJA

Il-Grupp Folkloristiku Astra għadu kif irritorna minn mawra f’Miranda de Ebro fi Spanja fejn ipparteċipa fit-22 edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Folkor. Il-grupp ħa sehem flimkien ma’ gruppi folkloristiċi oħra minn Spanja, il-Greċja u l-Messiku. Il-grupp ta spettaklu folkloristiku f’numru ta’ okkażjonijiet quddiem udjenzi kbar u ġie wkoll mistieden fir-residenza privata tas-sindku ta’ din il-lokalità fit-tramuntana ta’ Spanja. F’din l-okkażjoni s-sindku rringrazzja lill-grupp kollu tal-parteċipazzjoni tiegħu f’dan il-festival, u ġew preżentati wkoll xi rigali ta’ tifkira.

 

Id-direttur artistiku Anton Zammit, George Farrugia u d-delegat Joe Borda mexxew il-grupp għal suċċess ieħor barra l-pajjiż. Din kienet it-tielet mawra fl-aħħar tnax-il xahar għall-grupp folkloristiku tas-Soċjetà tagħna wara Billingham fl-Ingilterra u Budapest fl-Ungerija. Il-grupp jibqa’ għaddej bil-preparazzjoni tiegħu għal aktar impenji din id-darba f’pajjiżna. Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-membri kollha ta’ dan il-grupp għas-suċċess miksub, li bla dubju kien ta’ reklam qawwi għall-gżejjer Maltin.