Join Us On:

News Archive

SUĊĊESS FIL-LEJLA MALTIJA

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru saret l-ikla tradizzjonali Maltija jew kif ħafna jafuha l-ikla ta’ San Mikiel, b’risq il-festi esterni ta’ San Ġorġ Martri 2014.  Għal din l-attività attendew bosta partitarji u parruċani f’atmosfera mill-isbaħ hekk kif is-sajf issa ġie fi tmiemu.  Fis-serata ħadu sehem ukoll il-grupp popolari The Tramps.

Prosit kbir imur lill-organizzaturi, l-Għaqda tal-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u l-helpers kollha li mingħajrhom attività bħal din ma tkunx tista’ ssir.

 DSC_0004 DSC_0005 DSC_0008 DSC_0010 DSC_0013 DSC_0014