Join Us On:

News Archive

STRAUSS: COMPOSER & CONDUCTOR – KUNĊERT MILL-ORKESTRA NAZZJONALI

Il-bieraħ filgħaxija fit-Teatru Astra nżamm il-kunċert Strauss: Composer & Conductor, mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Raoul Lay.  Il-kunċert beda billi ġiet esegwita l-kompożizzjoni ta’ Jean Sibelius (1865-1957) Concerto for Violin and Orchestra in D Minor, Op.47 bis-sehem tas-solista bravissima Anna Gockel fuq il-vjolin.  L-esekuzzjoni ta’ Anna kienet waħda stupenda u l-applaws kontinwu qabel l-intervall kien wieħed verament mistħoqq. Wara l-intervall il-kunċert kompla bl-esekuzzjoni ta’ kompożizzjoni ta’ Richard Stauss (1864-1949), Sinfonia Domestica Op.53, fejn is-Surmast Lay idderieġa b’ħila kbira.

L-attendenza għal dan il-kunċert kienet waħda tajba ħafna u għalhekk tagħmel kuraġġ biex kunċerti bħal dawn, ta’ livell għoli mmens, jkomplu jsiru parti mill-kalendarju mużikali u kulturali ta’ Għawdex.

Minn din il-paġna nixtiequ nirringrazzjaw lill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta għal din l-opportunità li tawna.  Kien ta’ unur għalina li għal darba oħra lqajnikom ġot-Teatru Astra fil-Belt Victoria.