Join Us On:

News Archive

STQARRIJA LILL-ISTAMPA

Il-kunċert teatrali Jack Daniels Unplugged, bis-sehem ewlieni tal-artisti mużikali Chasing Pandora u Ira Losco, li kien skedat li jsir is-Sibt li ġej 6 ta’ Diċembru fit-Teatru Astra f’Għawdex tħassar minħabba raġunijiet li ma kienx hemm kontroll fuqhom.
 
Filwaqt li juru apoloġija ma’ dawk li xtaqu jattendu l-kunċert, l-organizzaturi jixtiequ jinfurmaw li se jingħataw il-flus lura għall-biljetti mixtrija mill-istess ħwienet li nxtraw il-biljetti. Għal dawk il-biljetti li nxtraw online, se jingħata ħlas lura jekk wieħed iċempel fuq in-numru 7979 0200.
 
Data ġdida għall-kunċert titħabbar fil-gimgħat li ġejjin.