STQARRIJA KONĠUNTA MILL-PARROĊĊA TA’ SAN ĠORĠ U S-SOĊJETA’ FILARMONIKA LA STELLA
Illum l-Erbgħa, 13 ta’ Lulju 2022
B’rabta mal-festa ta’ San Ġorġ li qed tiġi ċċelebrata matul din il-ġimgħa, is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u l-Parroċċa ta’ San Ġorġ qed ikollhom jirrikorru għal stqarrija pubblika sabiex mill-ġdid jerġgħu jappellaw lill-awtoritajiet kollha konċernati sabiex tinżamm l-ordni fi Pjazza San Ġorġ u jiġu rispettati l-permessi tal-festa b’mod li ma jkunx hemm xkiel għall-andament tal-marċijiet, l-funzjonijiet liturġiċi u s-sigurtà tal-pubbliku.
Fuq kollox is-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-Parroċċa ta’ San Ġorġ jistennew ukoll iktar rispett minn uħud mill-istabbilmenti kummerċjali fil-konfront tal-festa, l-armar, l-voluntiera nvoluti fl-istess festa u l-pubbliku in ġenerali u ma jixtiequx jkunu kostretti jirrikorru għal azzjonijiet ulterjuri fl-eventwalità li jerġgħu jseħħu s-sitwazzjonijiet li seħħew il-Ħadd 10 u t-Tlieta 12 ta’ Lulju waqt attivitajiet organizzati mis-Soċjetà Filarmonika La Stella b’rabta mal-festa ta’ San Ġorġ.