SPETTAKLU KBIR B’SINGIN’ IN THE RAIN
Fi tmiem il-ġimgħa t-Teatru Astra tella l-ewwel żewġ rappreżentazzjonijiet tad-disgħa live musical tiegħu Singin in the Rain, liema musical qed isir għall-ewwel darba ġol-gżejjer Maltin. Il-produzzjoni ta’ Singin’ in the Rain iġġib magħha sfidi kbar, u forsi għalhekk s’issa ħadd ma kellu l-kuraġġ jidħol għal din il-biċċa xogħol! Imma t-tim bravissimu tat-Teatru Astra ma beżax mix-xogħol u l-kumplikazzjonijiet tas-sett, kostumi, żfin u mużika rikjesti minn produzzjoni bħal din li mingħajr dubju laħqu livell professjonali f’kull sens.
Bħalma ikkumentaw ħafna nies li ħonqu t-teatru s-Sibt u l-Ħadd li għadda, il-livell qiegħed dejjem jogħla f’kull dipartiment u din se tibqa meqjusa bħala waħda mill-aktar produzzjonijiet li qatt saru fil-gżejjer Maltin.
Baqa’ biss ftit biljetti għar-rappreżentazzjonijiet li jmiss fis-19, 20, 21 u 22 ta’ Marzu 2026 u tistgħu takkwistawhom minn fuq il-website uffiċjali www.teatruastra.org.mt
(Ritratti: Joe Attard)








































