Join Us On:

News Archive

SOUNDS OF MORRICONE – KUNĊERT MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2022, ġewwa t-Teatru Astra, se jittella’ kunċert mill-Banda Ċittadina La Stella bl-isem Sounds of Morricone.  Il-kunċert se jkun immexxi mis-Surmast Direttur Dr John Galea.

Matul il-kunċert se jindaqqu biċċiet popolari tal-kompożitur famuż Ennio Morricone, fostom The Mission, Once Upon a Time in America, Nuovo Cinema Paradiso u oħrajn.  Għal dan il-kunċert huwa mistieden kulħadd u d-dħul huwa b’xejn.  Il-kunċert jibda fis-7pm.

Il-kunċert qed isir bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat tal-Wirt Kulturali f’Għawdex.

fb banner 1