Join Us On:

News Archive

SISTER ACT – SPETTAKLU KBIR LI JAGĦMEL UNUR LIT-TEATRU ASTRA

“Fabulous show this evening and costumes were wonderful..well done to all…xx”

“Amazing show! Well done to all”

“Great show – first class level – big well done to all involved”

“Great show, loved it”

Dawn huma biss ftit mill-ħafna kummenti pożittivi li t-Teatru Astra rċieva fuq is-social media wara x-shows tal-bieraħ, wieħed matinee u l-ieħor filgħaxija.  Prosit mistħoqq imur lill-kantanti, żeffiena, lid-direzzjoni artistika, direzzjoni mużikali, direzzjoni tal-korijiet, backstage, amministrazzjoni u ħafna setturi oħrja li ħadmu bla waqfien biex tellgħu din il-produzzjoni mużikali.  L-isforz għal din il-produzzjoni kien wieħed kbir immens peress li minħabba l-pandemija kellha tiġi posposta kemm il-darba u kellna naffaċċjaw diversi sfidi relatati magħha.  Imma wasal il-mument tant mistenni wkoll u Sister Act, il-ħames fully-staged live musical ġewwa it-Teatru Astra se jibqa jissemma fl-istorja tagħna.

Intant għal dawk li għad jixtiequ jaraw il-musical jistgħu jixtru biljett mill-ftit  li fadal għax-shows li ġejjin, illum il-Ġimgħa 1 t’April fit-8pm, u l-Ħadd 2 t’April 2022 fit-3pm, mis-sit elettroniku www.ticketline.com.mt jew 79244048.  Ir-rappreżentazzjoni tas-Sibt hija “fully-booked“.

Din il-produzzjoni setgħet issir ukoll bl għajnuna tal-Arts Council Malta u l-Ministeru għal Għawdex.

Ritratti: Joe Attard