Join Us On:

News Archive

SILTIET MIR-ROCKASTRA FIX-XEWKIJA

Nhar is-Sibt li għadda l-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-festa ta’ San Ġwann l-Għammiedi fix-Xewkija.  Il-marċ beda minn waħda mit-triqat prinċipali u wasal sal-pjazza ewlenija fejn il-Banda tagħna sabet postha fuq il-planċier biex tesegwixxi siltiet mit-tieni edizzjoni ta’ RockAstra.  Il-kunċert, li kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud, ġie milqugħ tajjeb ħafna bil-folla tipparteċipa fost il-briju tradizzjonalment marbut mal-festi tagħna.

Minn hawn issa jmiss is-sehem tagħna fl-Imnarja fin-Nadur, nhar is-Sibt li ġej fil-marċ ta’ lejlet il-festa.

IMG_1105 IMG_1092 IMG_1118 IMG_1126 IMG_1122 IMG_1095 IMG_1100

(Ritratti: George Formosa)