SHOWCASING TOMORROW’S PERFORMERS
Matul Festival Mediterranea 2019, li ġie fi tmiemu ftit tal-ġimgħat ilu bil-kunċert annwali tal-Banda Ċittadina La Stella, din is-sena kellu appuntament importanti ħafna għal dawk li jħobbu l-mużika u l-banda tagħna. Dan kien kunċert imtella’ mill-istudenti tal-iskola tal-mużika tal-Banda Ċittadina La Stella u l-koristi tfal tal-kor tagħna Piccole Stelle, bl-isem Showcasing Tomorrow‘s Performers.
Dan il-kunċert sar nhar il-5 t’Ottubru ġewwa l-każin tal-Banda La Stella u fih ħadu sehem diversi studenti mis-sezzjoni tar-ram (taħt id-direzzjoni tal-għalliem tagħhom George Camilleri), tal-qasba (taħt id-direzzjoni tal-għalliem tagħhom Michael Bonanno) u l-kor (taħt id-direzzjoni tal-għalliema tagħhom Sylvana Attard), kif ukoll għamlu ensemble flimkien fl-aħħar tal-kunċert.
Dan il-kunċert kien ikkoordinat mill-għalliema msemmija, minn Mario Galea, li akkumpanja fuq il-pjanu matul is-serata kollha, u lis-Surmast Direttur Dr John Galea.
Prosit tassew lil kull min ħa sehem jew għen biex dan l-appuntament irnexxa, fostom il-Ministeru għal Għawdex u l-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.
Il-programm li kellna matul is-serata kien dan.
Ritratti mis-serata tal-fotografu Joe Attard.