Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIX-XEWKIJA

Nhar is-Sibt li għadda, il-Banda tagħna kompliet bis-servizzi tagħha matul is-sajf fir-raħal tax-Xewkija, ir-raħal ta’ Ġwanni l-Battista, prekursur ta’ Kristu.  Is-Sehem tal-Banda tagħna kien jikkonsisti f’marċ qasir madwar it-toroq prinċipali tar-raħal, imbagħad wara, għamlet kunċert fuq il-planċier fil-pjazza, quddiem ir-rotunda. Il-kunċert kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Prof. Joseph Vella.  
 
Bħalma ktibna drabi oħra, il-Banda tagħna hija impenjata ħafna.  Fi ftit jiem oħra issa jmiss is-servizz fin-Nadur, għall-festa tal-Imnarja, u naturalment wara tkompli t-tħejjija għall-festa prinċipali t’Għawdex, festa tal-Patrun tagħna San Ġorġ Martri li din is-sena se taħbat bejn it-Tnejn 9 u l-Ħadd 15 ta’ Lulju.  Dwar dan inkomplu nżommukom aġġornati fuq dan is-sit u fuq il-Facebook page tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.