Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIN-NADUR

Il-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha l-bieraħ filgħaxija fin-Nadur għall-marċ popolari ta’ lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Il-Banda tagħna daqqet flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur matul it-toroq prinċipali tar-raħal. Dan il-marċ huwa popolari ferm man-Nadurin u huwa unur għalina li nipparteċipaw fih. Il-Banda Mnarja tan-Nadur minn naħħa l-oħra se tkun mistiedna tagħmel marċ u kunċert nhar Jum San Ġorġ u tilqa’ d-dħul trijonfali fi Pjazza San Ġorġ tal-istatwa devota tal-Patrun tagħna bid-daqq tal-innu marċ.

Minn din il-paġna nixtiequ l-festa t’tajba lin-Nadurin kollha.

DSC_0017 DSC_0015 DSC_0013 DSC_0009 DSC_0006