SERVIZZ FIL-MUNXAR
Illum jibdew is-servizzi fil-festi tas-sajf. Bħalma jaf kulħadd il-Banda tagħna hija waħda mill-aktar impenjata matul il-festi u l-festa ta’ San Pawl fil-Munxar se tkun qed tiftaħ is-servizzi tagħna għal dan is-sajf. Ir-rabta magħna mar-raħal ċkejken tal-Munxar tmur lura fis-snin u għalhekk il-preżenza tagħna f’din il-festa saret ħaġa li nkunu nistennew. Is-servizz se jibda billi l-Banda tagħmel marċ mat-toroq ewlenin u tispiċċa fil-pjazza quddiem il-knisja fejn San Pawl jintlaqa’ bl-innu l-kbir fost iċ-ċapċip tan-nies. Wara, taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, l-Banda tagħmel kunċert fil-pjazza fejn se ddoqq numru ta’siltiet mir-repertorju mużikali tagħha.
Minn hawn inkomplu l-impenji tagħna li ma humiex ftit. Bħalissa għaddejjin ukoll tħejjijiet kbar għat-tieni edizzjoni ta’ RockAstra li din is-sena se jsir il-Ġimgħa, 6 ta’ Ġunju fid-9pm fi Triq ir-Repubblika.