Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIL-FONTANA

DSC_0005-001 DSC_0008 DSC_0009 DSC_0011

Wara s-suċċess enormi ta’ RockAstra, dan il-weekend il-Banda Ċittadina La Stella kienet impenjata ħafna peress li kellna żewġ servizzi fir-raħal ċkejken tal-Fontana.  F’din il-festa, li hija għal qalb ħafna l-partitarji tal-Istilla, il-banda tat żewġ servizzi: wieħed lejlet il-festa li kien jikkonsisti f’marċ brijuż u ntemm fil-pjazza bl-esekuzzjoni tal-innu l-kbir; u l-għada l-Ħadd jum il-festa fejn il-banda wara li daqqet l-innu l-kbir, ħadet sehem fil-purċissjoni bid-daqq ta’ marċi reliġjużi.

L-impenji tal-Banda ma jieqfux hawn. Il-weekend li ġej għar-raħal tax-Xewkija fil-festa ta’ San Ġwann Battista.