Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIL-FONTANA

Fi tmiem il-ġimgħa l-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-festi t’Għawdex.  F’dan l-aħħar weekend, il-Banda ħadet sehem fil-festa tal-Fontana, il-festa f’ġieħ il-Qalb Imqaddsa ta’Ġesu.  Is-Soċjetà tagħna għandha rabta speċjali ma’ din il-parroċċa u r-raħal ċkejken tal-Fontana u ilha tieħu sehem fil-festa għal bosta snin.

Is-servizzi tqassmu fuq jumejn, is-Sibt 14 ta’ Ġunju kif ukoll il-bieraħ, jum il-festa.  Is-Sibt is-servizz beda bill l-Banda tagħna għamlet marċ madwar it-toroq tal-Fontana fejn indaqqu numru ta’ marċi brijużi mir-repertorju tagħha.  Fi tmiem il-marċ il-Banda sabet postha fuq il-planċier fejn ġie eżegwit l-innu l-kbir taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella.  F’jum il-festa l-Banda reġgħet fetħet is-servizz tagħha billi laqgħet il-ħruġ tal-istatwa devota u artistika tal-Qalb ta’Ġesu bid-daqq tal-innu l-kbir taħt id-direzzjoni tas-Surmast Vella u wara akkumpanjat il-purċissjoni madwar it-toroq tar-raħal.

L-impenji tal-Banda ma jieqfux hawn.  Bħalissa għaddejjin bit-tħejjijiet neċessarji biex jiġu rekordjati l-marċi brijużi għal din is-sena filwaqt li jibqgħu jsiru s-servizzi tas-sajf.  Issa jmiss il-festa ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija bi programm fil-pjazza ewlenija tar-raħal nhar is-Sibt li ġej.

 DSC_0005-001 DSC_0009