SERVIZZ FIL-FESTA TAS-SALVATUR
Nhar il-Ħadd li għadda l-Banda Ċittadina La Stella ħadet sehem fil-festa tal-Għasri. Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ qasir sal-pjazza fejn imbagħad assistit għall-ħruġ fil-bieb tal-istatwa ta’ Kristu Salvatur. Il-banda tagħna akkumpanjat il-purċissjoni madwar it-toroq ta’ dan ir-raħal ċkejken sakemm l-istatwa reġgħet bdiet dieħla fil-knisja fost kant ta’ innijiet reliġjużi. Matul il-purċissjoni l-Banda daqqet diversi marċi reliġjużi mir-repertorju mużikali tagħha. Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej ikomplu s-servizzi tagħna fil-Fontana għall-festa tal-Qalb ta’ Ġesu.