Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIL-FESTA TAL-QALB TA’ GESU

Il-bieraħ filgħaxija, kif ukoll il-ġurnata ta’ qabel, il-Banda Ċittadina La Stella tat is-sehem tagħha fil-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, ġewwa l-Fontana.

Is-Sibt is-servizz beda fid-9.30pm b’marċ li mexa matul it-triqat prinċipali tar-raħal żgħir tal-Fontana.  Fil-11.30 pm imbagħad indaqq l-Innu l-Kbir tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, kompożizzjoni ta’ Vincenzo Ciappara.  Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Prof. Joseph Vella.

Il-Ħadd, jum il-festa, is-servizz kompla eżatt fejn tħalla s-Sibt u infatti l-Banda tagħna sabet postha fuq il-planċier is-7.30pm fejn reġgħet daqqet l-istess innu, dirett mill-Prof Vella, waqt il-ħruġ tal-istatwa devozzjonali tal-Qalb ta’ Ġesu xogħol ta’ Wistin Camilleri.  Wara, l-Banda akkumpanjat l-purċissjoni bid-daqq ta’ diversi innijiet reliġjużi.

11538160_10207297675869225_2225630217307474773_o 10986513_10207297657348762_6956131686079859519_o

(Ritratti: Ivan Galea)