Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIL-FESTA TA’ SAN PAWL

Nhar il-Ħadd li għadda l-Banda Ċittadina La Stella bdiet is-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf, sewwasew fl-ewwel festa, dik ta’ San Pawl ġewwa l-Munxar.  Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ fit-triqat tal-madwar, daqq tal-innu l-kbir u programm fil-pjazza.

Il-banda tagħna bdiet billi daqqet diversi marċi brijużi mir-repertorju mużikali tagħha u diversi marċi Pawlini.  Hekk kif il-banda sabet postha fuq il-palk il-Prof. Joseph Vella ħabbat l-innu l-kbir ta’ San Pawl, kompożizzjoni stupenda tiegħu stess.  Dritt wara, hekk kif l-istatwa ta’ San Pawl bdiet it-triq tagħha, l-banda tagħna għamlet programm b’mużika varjata b’diversi siltiet popolari minn films u kompożizzjonijiet klassiċi.  Il-programm kien taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella.

Min hawn issa jmiss is-servizz fil-Fontana, liema raħal, bħal Munxar, minn dejjem kien viċin is-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Is-servizzi fil-Fontana se jkunu tnejn, wieħed is-Sibt filgħaxija b’marċ u daqq tal-innu, kif ukoll il-Ħadd, bid-daqq tal-innu u wara akkumpanjament tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu fil-purċissjoni.

DSC_0009