SERATA MA’ MARISA D’AMATO
Nhar is-Sibt 9 ta’ Frar, fil-każin tagħna ser tiġi organizzata serata mill-isbaħ li fiha bħala mistiedna speċjali ser ikollna lill-kantanta Marisa D’Amato. Marisa D’Amato li hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa kantanti tal-mużika country f’pajjiżna ser tkun qed tagħti spettaklu li ser issir ġewwa l-foyer ta’ l-istess każin. Tul din is-serata ser tiġi organizzata wkoll ikla (4 course meal). Id-dħul għal din is-serata ferm divertenti huwa b’xejn filwaqt li dawk li jixtiequ joqogħdu għall-ikla, għandhom jixtru l-biljetti li jiswew €12 (Lm5.15). Huma ħafna l-ammiraturi ta’ din il-kantanta u d-dilettanti ta’ dan il-ġeneru ta’ mużika li ser jattendu għal din l-ikla. Fil-fatt il-bejgħ tal-biljetti miexi ġmielu.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-bar tal-każin La Stella jew inkella tistgħu tirriservaw post billi ċċemplu fuq in-numri 79539776 jew 99858147. Is-serata tibda fis-7.30pm. Aħsbu kmieni għall-biljetti biex ma tiddiżappuntawx ruħkom.Il-biljetti huma limitati.