Join Us On:

News Archive

SENA TA’ ĦIDMA GĦALL-KUMITAT IL-ĠDID

Nhar il-Erbgħa 12 ta’ Marzu iltaqa għall-ewwel darba il-Kumitat Ġenrali tas-Soċjetà La Stella wara li ntemm il-proċess statutorju annwali bl-elezzjoni tal-President li saret il-Ħadd 9 ta’ Marzu.  Waqt l-ewwel laqgħa saru l-ħatriet tal-għola uffiċjali tas-Soċjetà li jinkuldu numru ta’ konfermi.  L-uffiċjali tal-kumitat tas-Soċjetà kif maħtura huma s-segwenti:

Paul M. Cassar – President
Michael Formosa – Segretarju Amministrattiv
Anton Zammit – Segretarju
Frank Schembri  – Teżorier
Dr Christopher Mizzi – Viċi-President
James Lawerence Borg – Assistent Segretarju
Joe Tabone – Kontrollur Finanzjarju
Marco Schembri – Delegat tal-Banda
George Cremona – Delegat tal-Banda
Guzeppi Buhagiar – Direttur tal-Każin

Il-Banda u s-Soċjetà La Stella fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjn għandha proġetti kbar quddiemha, inkluż il-festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Ġħid, il-festi ta’ San Ġorġ ta’ April, it-tieni edizzjoni ta’ RockAstra, il-festa prinċipali ta’ Għawdex – ta’ San Ġorġ Martri u t-tlettax –il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea li jinkludi l-opra Nabucco u l-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina u Dekana La Stella.

L-appell tas-Soċjetà fl’okkażjoni tar-rinovazzjoni tal-amministrazzjoni jestendi wkoll lill-partitarji u l-ammiraturi tas-Soċjetà La Stella, inkluż dawk il-bogħod minn xtutna, sabiex ikomplu jkunu preżenti u parteċipi fil-ħajja tas-Soċjetà La Stella, u jsostnu l-inizzjattivi u l-proġetti tagħha sabiex b’ rieda sħiħa u b’ħeġġa ġdida tirrapreżenta u tmexxi ‘l quddiem l-interessi tal-akbar Soċjetà Mużikali ta’ gżiritna.