Join Us On:

News Archive

SEHEM TAL-ISTILLA FIL-KARNIVAL TA’ GĦAWDEX

Din is-sena, is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħadet sehem fil-Karnival t’Għawdex permezz ta’ danza taż-żgħar, kumpanija taż-żfin tal-kbar u karru tal-karnival jirrapreżenta r-Re tal-Karnival.

Id-danza tat-tfal daħlu għaliha l-membri tal-Kor tat-Teatru Astra, il-Piccole Stelle, li kienu taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri Cefai.  Il-kumpanija tal-kbar kienu mmexxija minn Miriam Attard u George Camilleri fuq koreografija ta’ Georgianne Mizzi. Iż-żeffiena ħadu sehem kemm fil-Belt Victoria kif ukoll fid-diversi attivatijiet marbuta ma’ dawn il-jiem f’diversi rħula. 

Fl-aħħar u mhux l-anqas kellna parteċipazzjoni importani bis-sehem tal-karru tar-Re tal-Karnival, xogħol l-Astra Power Boys taħt id-direzzjoni ta’ George Vella.

Prosit kbir imur lli dawk kollha li taw ħinhom biex saru r-rehearsals, koreografija kif ukoll xogħol fuq il-kostumi.  Kien ta’ pjaċir kbir ninnotaw din l-attività kbira l-każin li hija neċessarja biex inżommu l-post ħaj bl-attività f’għaqda kommunitarja u ta’ ħbiberija.