Join Us On:

News Archive

SEHEM IL-BANDA TAGĦNA FIL-FESTA TAL-QALB TA’ ĠESU

Il-Banda Ċittadina La Stella llum tkompli l-impenji tagħha fil-festi tas-sajf billi tieħu sehem fil-festi ad unur il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù fil-Fontana. L-ewwel servizz f’din il-festa jikkonsisti f’marċ madwar it-toroq tal-Fontana, liema marċ jibda fid-9.30pm.  Matul il-marċ jindaqqu numru ta’ marċi brijużi mir-repertorju mużikali tal-banda tagħna u l-innu marċ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Għada filgħaxija imbagħad ikollna t-tieni servizz f’din il-festa għażiża, fejn niltaqgħu fuq iz-zuntier tal-knisja biex nsellmu l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù bid-daqq tal-innu l-kbir.  Wara, il-banda tagħna takkumpanja l-purċissjoni bid-daqq ta’ marċi reliġjużi.

Minn din il-paġna nwasslu l-isbaħ xewqat għall-festa ta’ sħabna l-Fontanin.  Viva l-Qalb ta’ Ġesù !

DSC_0005