SEHEM IL-BANDA TAGĦNA FIL-FESTA TA’ SANT’ELENA F’BIRKIRKARA
Nhar is-Sibt li għadda l-Banda Ċittadina La Stella għamlet servizz mużikali ġewwa Birkirkara għall-festa ta’ Sant’ Elena b’marċ festiv mat-toroq prinċipali. Is-servizz tagħna beda bid-daqq tal-innu tal-banda u dritt wara l-innu marċ “Lill-Kbir Martri San Ġorġ” jew kif popolarment magħruf “Ġorġi tagħna” u wara kompla b’numru ta’ marċi brijużi mir-repertorju mużikali tagħna. Is-servizz spiċċa bid-daqq mill-ġdid ta’ “Ġorġi tagħna” quddiem il-Bażilika ta’ Sant’ Elena. F’ dan is-servizz ħadu sehem ukoll is-Soċjetà Filarmonica Nazionale La Vallette u l-Għaqda Mużikali Sant’ Elena.
Il-banda tagħna kienet akkumpanjata minn membri tal-kumitat ġenerali kif ukoll minn numru ta’ partitarji li xtaqu jingħaqdu magħna għal din l-okkażjoni.



