SEHEM IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTI TAS-SAJF
Hekk kif bdew il-jiem tas-sajf il-Banda Ċittadina La Stella tibda tħejji u tipprepara biex tiehu sehem f’numru ta’ festi Għawdxin fix-xhur tas-sajf. Din is-sena kienet ftit differenti mill-aħħar snin peress li l-festa tal-Munxar f’ġieħ San Pawl ġiet posposta għal Settembru minħabba l-elezzjoni ġenerali fil-pajjiż.
Għalhekk għal din is-sena l-ewwel servizz se jkun fil-Fontana għall-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, sewwa sew nhar il-Ħadd li ġej 14 ta’ Ġunju 2026 u jispiċċaw fl-14 ta’ Settembru 2026 bil-festa tal-Munxar.
| Il-Ħadd 14 ta’ Ġunju | Festa Qalb ta’ Ġesù | Il-Fontana |
|---|---|---|
| Il-Ħadd 28 ta’ Ġunju | Festa San Pietru u San Pawl | In-Nadur |
| Il-Ħadd 26 ta’ Lulju | Festa Santa Margerita | Ta’ Sannat |
| Il-Ħadd 9 ta’ Awwissu | Festa San Lawrenz | San Lawrenz |
| It-Tnejn 7 ta’ Settembru | Festa Bambina | Ix-Xagħra |
| It-Ħadd 14 ta’ Settembru | Festa San Pawl | Il-Munxar |
Naturalment minbarra dawn is-servizzi barra mill-Belt Victoria għandna wkoll programm ippakkjat għall-jiem tal-festa ta’ San Ġorġ Martri u f’Diċembru jkollna wkoll il-festa tal-Kunċizzjoni. Segwi l-paġni tas-social media tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għal aktar dettalji dwar dawn is-servizzi.



