Join Us On:

News Archive

SEHEM FIL-KARNIVAL TAS-SAJF 2018

Din is-sena gruppi fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella qed jieħdu sehem fil-Karnival tas-Sajf li f’Għawdex se jsir il-weekend li ġej.

Bħala parteċipazzjoni għandna żifna li fiha madwar 45 membru u se jkun jismha “Pupi ġbart mill-kontinenti kif ħaduli s-sentimenti”.  Il-koreografija hija taħt id-direzzjoni ta’ Ms Georgienne Mizzi.  Prosit lil dawk kollha nvoluti f’din il-biċċa xogħol li għaliha il-provi ilhom għaddejjin minn Lulju.

39509563_2168832163441263_2178296799943458816_n 39468444_2168832283441251_1045390731994202112_n 38782967_617029062030433_2430931788521013248_n 38818151_2133647530230130_1714435422827839488_n

Sehem ieħor huwa dak tal-Astra Power Boys b’karru, li ħa sehem anke f’dak organizzat f’Malta. Il-karru jġib l-isem ta’ ‘X’Ferħ, x’emozzjonijiet qalb il-gżira tat-tlett għoljiet’. Prosit lill-Astra Power Boys ukoll ta’ dan l-impenn li ħadu.

Minn din il-paġna nawguraw suċċess lill-parteċipanti tagħna.