SEHEM FIL-FESTA TAL-IMNARJA N-NADUR
Il-bieraħ 27 ta’ Ġunju 2025 il-Banda Ċittadina La Stella kienet mistiedna tagħmel marċ tal-aħħar jum tat-tridu ġewwa n-Nadur għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Il-marċ, madwar it-toroq ewlenin tan-Nadur sar flimkien mal-Banda Mnarja. Il-banda tagħna daqqet numru ta’ marċi festivi mir-repertorju mużikali tagħha.
Il-Banda Mnarja se tkun mistiedna għall-festa ta’ San Ġorġ biex tagħmel programm ġo Pjazza San Ġorġ nhar il-festa.



