Join Us On:

News Archive

SAN ĠORĠ REBBIEĦ

DSC_0111 - Copy

Din is-sena qed niċċelebraw primat assolut: dak tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ, peress li għalqet 175 sena fostna u li filfatt kienet l-ewwel statwa titulari f’Għawdex.  Pero, l-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ, kapulavur ta’ Vincenzo Cremona, għandha primat ieħor peress li kienet ukoll l-ewwel statwa għall-festi esterni f’Għawdex u ila magħna sa mill-1894.  Il-popolarità ta’ dan il-marċ hija waħda kbira u xhieda ta’ dan huwa l-ammont ta’nies li reġgħa kien hemm il-bieraħ fost briju, spettaklu u marċijiet mill-aqwa.  Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella akkumpanjat l-istatwa matul id-dimostrazzjoni sakemm din sabet postha fuq il-planċier fi Pjazza Indipendenza u San Ġorġ telgħa fuq il-pedestall fost il-kant tal-innu marċ.

Intant illum ghandna dan il-programm:

10.00am Konċelebrazzjoni Pontifikali ppreseduta mill-E.T. Mons. Tadeusz Kondrusiewicz, Arċisqof ta’ Minsk u Mahilyow fil-Belorussja, bis-sehem tal-Kapitlu u l-Kleru.

6.00pm Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella mill-Każin sa Pjazza San Ġorġ fejn tilqa’ lill-E.T. Mons Mario Grech.

6.30pm Translazzjoni Solenni u Ċelebrazzjoni Pontifikali ppreseduta mill- E.T.  Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata

7.45pm Barka Ewkaristika mill-Arċipriet Emeritu Mons Ġużeppi Farrugia

8.00pm Programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ mill-Banda Ċittadina King’s Own taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea

9.30pm Eżekuzzjoni fi Pjazza San Ġorġ tal-Innu Immortali A San Giorgio Martire (1931) mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Prof. Joseph Vella.

10.00pm Marċ singulari u kolossali bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Ċittadina King’s Own (il-Belt Valletta), li matulu jdoqqu flimkien bħala massed band fi Triq ir-Repubblika.

(Ritratt: Mario Casha)