ROCKASTRA 2024 … SPETTAKLU MILL-AQWA
RockAstra 2024 … suċċess ieħor li se jibqa’ mfakkar u li jagħmel ġieħ lis-Soċjetà Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra. Il-bieraħ filgħaxija l-pubbliku għal darba oħra għażel li jkun preżenti għal serata ta’ mużika ‘rock’ mill-aktar popolari bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella, Cash & Band, Chris Grech, Ozzy Lino, Michela Galea, Gabriella Azzopardi, Pamela Bezzina u l-Kor tat-Tfal Picccole Stelle. Il-Banda Ċittadina La Stella kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea filwaqt li l-kor tat-tfal kien taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Attard. Francesco Nicodeme kien id-direttur artistiku tal-kunċert. Is-serata kienet ippreżentata minn Keith Demicoli.
Il-mużika magħżula inkludiet biċċiet ta’ David Bowie, Elton John, Kiss, Queen, Maneskin, Aerosmith u oħrajn. Il-kantanti, flimkien mal-Banda Ċittadina La Stell, semmgħu lill-udjenza biċċiet popolari bħal “I want to break free”, “It’s my life”, “Who wants to live forever?”, “Heroes”, “Killer Queen”, “Crocodile Rock”, “Poison” u ħafna oħrajn.
Prosit lill-organizzaturi u lil dawk li ħadmu ħafna minn wara l-kwinti biex dan il-kunċert seta’ jsir. Grazzi ukoll lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, id-Direttorat għall-Wirt Kulturali, il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria u azjendi oħrajn li dejjem ikunu ta’ support għal inizjattivi bħal dawn.
(Ritratti: Joe Attard)