Join Us On:

News Archive

RECITAL MINN MARIO GALEA U FRANCIS CAMILLERI ĠEWWA L-LUKANDA KEMPINSKI SAN LAWRENZ

Waħda mill-attivitajiet ta’ Festival Mediterranea 2019 kienet tikkonsisti f’recital minn Mario Galea fuq il-klarinett u Francis Camilleri fuq il-pianoforte.  Il-recital sar nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru 2019 ġewwa l-lukanda Kempinski San Lawrenz.  Matul is-serata indaqqu diversi biċċiet mużikali klassiċi fostom:  Sonata in E flat major, No.2, Op.120 ta’ Johannes Brahms (1833-1897),  Concerto for Clarinet in E flat major, No.2, Op.74  ta’ Carl Maria von Weber (1786-1826),  Duo Conertante Op.351  ta’ Darius Milhaud (1892-1974)  u Concert Fantasy on themes mir-Rigoletto ta’ Verdi ta’ Luigi Bassi (1833-1871).

Għal darba oħra is-solista tal-Banda Ċittadina La Stella, Mario Galea, flimkien mal-isem stabbilit tal-pjanista Francis Camilleri  ħarġu bl-unuri kollha quddiem udjenza numeruża.  Dan sar appuntament annwali f’Festival Mediterranea li jkun mistenni. minn sena għall-oħra.  Prosit tassew liż-żewġ protagonisti.

(Ritratti: George Borg)