QUDDIESA FI ŻMIEN IR-RANDAN FIL-KAŻIN LA STELLA
Dalgħodu fis-Sala Giuseppe Giardini Vella, fil-Każin La Stella, ġiet organizzata quddiesa għall-bandisti u membri tal-kumitat, bħala parti mill-attivitajiet tar-Randan Imqaddes. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Ariċipriet Mons. Joseph Curmi. Għal din il-quddiesa attendew diversi bandisti tal-Banda Ċittadina La Stella u diversi membri tal-kumitat, fostom il-President Michael Formosa, il-Viċi President Dr Chris Mizzi u s-Segretarju Matthew Zammit u mis-Surmast Direttur Dr John Galea.
Kif spjega l-Arċipriet waqt l-omelija dan huma mument importanti, fost ħafna oħrajn, fejn aħna l-insara jkollna opportunità nidħlu ftit fina nfusna u niltaqgħu m’Alla, żmien li fih napprezzaw bl-liema umiltà Kristu aċċetta s-salib biex isalva lilna.
Il-Ħadd li ġej ikomplu l-kunċerti preparatorji għall-Ġimgħa Mqaddsa u l-kunċert ta’ mużika sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Aktar dettalji jingħataw il-quddiem.