Join Us On:

News Archive

QUDDIESA ANIMATA MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Illum, it-Tlieta tal-ġimgħa tal-festa,  huwa jum partikolari ħafna għall-parruċċani ta’ San Ġorġ u l-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Li kieku ma kienx hawn il-pandemija, aħna lkoll konna noħonqu l-Bażilika biex nagħtu merħba lill-patrun u protettur tagħna waqt il-ħruġ min-niċċa.

Għal din is-sena dan il-jum iċċelebrajnih differenti, billi l-Banda Ċittadina u Dekana La Stella ħadet sehem f’quddiesa speċjali, fejn animat iċ-ċelebrazzjoni b’innijiet reliġjużi.  Il-quddiesa tmexxiet mill-Arċipriet Joseph Curmi, li kien akkumpanjat minn membri tal-Kapitlu Ġorġjan.  Waqt l-omelija, l-arċipriet qasam ma’ dawk preżenti ħsibijiet u tagħlim dwar San Ġorġ u kif aħna għandna nimitawh matul ħajjitna.

Il-Banda La Stella, li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea, temmet is-servizz tagħha bid-daqq tal-innijiet Georgus Natus Est u Lill-Kbir Martri San Ġorġ, fost iċ-ċapċip u kant minn dawk preżenti.  Dritt wara, ġewwa Pjazza San Ġorġ reġgħet semmet leħinha il-qampiena “Ġorġa”, wara waqfa ta’madwar 18-il xahar.  Wara li ġie fi tmiemu r-restawr tal-faċċata, bħalissa qed jiżżarma ftit ftit l-iscaffolding li ntuża matul dawn l-aħħar xhur.

Segwu l-programm dettaljat f’dink il-link.

IMG-20210714-WA0001 IMG-20210714-WA0000

Photos by Sam Cefai