Join Us On:

News Archive

PUBBLIKAZZJONI ĠDIDA DWAR IL-BAŻILIKA

Il-bieraħ filgħaxija, ġewwa l-bażilika ta’ San Ġorġ, ġiet imnedija pubblikazzjoni ġdida dwar il-bażilika ta’ San Ġorġ u dak kollu marbut magħha. Il-pubblikazzjoni bit-titlu: St George: Gozo’s Golden Basilica, hija editjata minn Dun Charles Cini sdb; b’ritratti u disinn tal-fotografu Daniel Cilia. Il-ktieb ta’ 192 paġna jinkludi artikli minn: Paul George Pisani dwar l-istorja tal-bażilika; Mark Sagona li kiteb dwar l-arti fil-bażilika; Godwin Vella dwar il-Ġimgħa Mqaddsa fil-bażilika; u Marion Zammit li kitbet dwar il-festi ta’ San Ġorġ Martri ċċelebrati fil-bażilika fil-qalba ta’ beltna.  Din hija pubblikazzjoni tas-Sależjani ta’ Don Bosco f’Malta f’kollaborazzjoni mal-bażilika ta’ San Ġorġ u ġiet ipprintjata fl-istamperija Nova Arti Grafiche ġewwa Firenze fl-Italja. 

Matul il-jiem tal-festa l-ktieb qed jinbiegħ għall-prezz speċjali ta’ €35, u kull min jixtieq kopja għandu jimla din il-formola u jibgħat cheque skont id-dettalji li hemm fuq din l-istess formola. Wara l-festa l-ktieb jibda jinbiegħ bil-prezz proprja ta’ €50. Għalhekk inħeġġu lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-arti sagra u fuq kollox lill-Ġorġjani kollha biex jaħsbu kmieni u jakkwistaw kopja f’dawn il-ġranet tal-festa. Wieħed jista’ jieħu idea ċkejkna ta’ dak li ser isib fil-pubblikazzjoni billi jsegwi din il-link.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel il-bażilika fuq in-numru: 2155 6377 jew jibgħat email fuq: [email protected]