PROGRAMM FIL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ
Nhar il-Ħadd li ġej, 10 ta’ Awwissu, l-Banda Ċittadina La Stella hija mistiedna tilqa l-istatwa artistika ta’ San Lawrenz bl-innu “Jum Twelidek fis-Smewwiet” waqt il-ħruġ solenni u wara tesegwixxi l-innu l-kbir “A San Lorenzo Levita e Martire” kompożizzjoni ta’ Giuseppe Giardini Vella u versi tal-Prof Luigi Billion. Is-servizz jibda fis-7.30pm.
Wara l-banda se tesegwixxi progamm varjat, ġewwa Pjazza San Lawrenz, mill-arkivju mużikali tagħha u se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sostitut Michael Bonanno.
Minn din il-paġna nawguraw festa mill-isbaħ lill-parruċċani u dawk kollha devoti ta’ San Lawrenz.



