Join Us On:

News Archive

IL-MUSICAL POPOLARI JOSEPH AND THE AMAZING TECHNICOLOR DREAMCOAT F’GĦAWDEX

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet il-muscial Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat.

Il-Ministru Caruana qalet li dan il-musical, bi kliem ta’ Tim Rice u mużika ta’ Andrew Lloyd Webber, żgur li ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni. Il-Ministru Caruana spjegat kif attività ta’ din id-dimensjoni tifforma parti integrali mal-istrateġija li l-Ministeru għal Għawdex addotta biex verament Għawdex ikun trasformat f’destinazzjoni distinta matul is-sena kollha u li toffri xi ħaġa għall-gosti ta’ kulħadd.

L-Onor Caruana irrimarkat kif l-avvenimenti li qed jorganizza u jikkordina l-Ministeru għal Għawdex qed jilħqu l-għanijiet tagħhom b’influss qawwi ta’ Maltin u viżitaturi lejn il-gżira Għawdxija kull tmiem il-gimgħa. Dan l-influss ta’ turiżmu qed iħalli impatt pożittiv ħafna fuq l-ekonomija Għawdxija, fejn Għawdex sar mutur ekonomiku u li qed iwassa għall-tkabbir li minnhu qed igawdi minnu kulħadd.

Il-Ministru Caruana qalet ukoll li dan il-musical ser jibbenefika ukoll mill-iskema imħabbra aktar kmini Reaching the Stars, skema li qed tagħati opportunità biex aktar tfal, żagħżagħ u adoloxxenti jattendu spettakli u jkollom esperjenza ta’ x’jiġri wara l-kwinti biex attivià bħal din tirnexxi.

Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat hu musical jittratta l-istorja bibblika ta’ Ġużeppi u l-hekk imsejjaħ ‘coat of many colours’. Il-musical, li huwa l-aktar wieħed li ilu jsir fl-Ingilterra, fih kanzunetti u biċċiet mużikali eċċellenti bħal Those Canaan Days, Any Dream Will Do u Close Every Door To Me.

Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat se jsir il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu fit-8pm, is-Sibt 30 ta’ Marzu 2019 fit-8pm u l-Ħadd 31 ta’ Marzu 2019 fl-4pm.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.visitgozo.com

7