Join Us On:

News Archive

PRESEPJI FI ŻMIEN IL-MILIED U N-NOVENA

2014 presepju

Fost l-attrazzjonijiet prinċipali f’dan iż-żmien tas-sena nsibu il-presepji fid-djar tagħna kif ukoll f’bosta postijiet pubbliċi.  Din is-sena s-Soċjetà Filarmonika La Stella hija involuta fil-kostruzzjoni ta’ żewġ presepji sbieħ.  Wieħed minnhom jinsab fis-sala t’isfel ta’ “Dar Leħen il-Belt Victoria” ġo Pjazza San Ġorġ filwaqt li l-ieħor qiegħed jiġi ffinalizzat bħalissa fil-Foyer tat-Teatru Astra.  L-ewwel wieħed sar minn waħda mill-għaqdiet tas-Soċjetà Filarmonika La Stella filwaqt li l-ieħer huwa ta’ Adonai Camilleri Cauchi megħjjun minn xi partitarji.  Naturalment fil-Bażilika ta’ San Ġorġ ġie armat ukoll presepju artistiku (ara ritratt) magħmul minn George Camilleri.

Wieħed jista’ jżur dawn il-presepji  f’dawn il-jiem li ċertament jgħinu biex  nidħlu fl-ispirtu ġenwin u tiġdid ta’ żmien l-Avvent. Storikament l-ewwel presepju fid-dinja kien presepju ħaj. L-idea ġiet lil San Franġisk t’Assisi li ried iqajjem aktar id-devozzjoni lejn Ġesu’ mwieled tarbija u jfakkar lin-nies il-ġrajja tal-ewwel Milied. Dan għamlu fir-raħal ċkejken ta’ Greccio fl-1223.

Appuntament ieħor importanti huwa n-Novena tal-Milied għat-tfal u l-familji li fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ bdiet illum fis-6pm.  Inħeġġukom biex tattendu u tipparteċipaw fin-Novena li din is-sena hija immexxija minn Patri Mark Demanuele MSSP.

DSC_0064 DSC_0063 DSC_0062 DSC_0061 DSC_0060

DSC_0140 DSC_0142 DSC_0145 DSC_0146 DSC_0147

DSC_0003