Join Us On:

News Archive

PREPARAMENTI TAL-BANDA LA STELLA

Bħalissa l-Banda Ċittadina La Stella għaddejja bil-preparamenti tagħha kemm għall-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll bil-marċijiet il-ġodda tal-festa għal din is-sena.
Bħalma wieħed jista’ jinnota l-impenji tagħna ma jieqfu qatt. Il-kalendarju matul is-sena huwa mimli attivitajiet u dejjem ikun qed isir ħafna xogħol u ħafna tħejjijiet minn wara l-kwinti. Bħalma rrapurtajna xi jiem ilu l-Banda tagħna ġa kellha l-ewwel servizz tas-sena, fil-festa ta’ San Ġwann Bosco. Din fetħet il-lista twila li hemm imħejjija għal bqija tas-sena, imma dwar dawn nagħtukom aktar tagħrif fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Intant ibqgħu segwuna kemm fuq dan is-sit elettroniku kif ukoll fuq il-paġna tal-facebook www.facebook.com/lastella.com.mt