Join Us On:

News Archive

PREPARAMENTI GĦALL-KUNĊERT ROCKASTRA

Friday 170513

Baqa’ biss 23 ġurnata għall-kunċert grandjuż li għandna programmat għat-8 ta’ Ġunju fi Pjazza Indipendenza, r-Rabat Għawdex bħala parti mill-festi ta’ Jum il-Belt Victoria.  Bħalma tħabbar l-ġimgħa l-oħra waqt konferenza stampa fil-Ministeru tat-Turmiżmu dan se jkun kunċert li se joffri mużika differenti minn dik li soltu nisimgħu minn banda.  Taħt d-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud bħalissa l-banda għaddejja minn sensiela ta’ provi fit-Teatru biex flimkien mal-kantanti jippreparaw għas-serata.

Dan l-ispettaklu qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru tat-Turiżmu, General Softdrinks Co. Ltd u Citadel Insurance plc. Id-dħul huwa b’xejn.

2013-04-18 20.31.41 2013-04-18 20.24.35  2013-04-18 20.19.04 2013-04-18 20.18.18 2013-04-18 20.34.22 2013-04-18 20.33.19