Join Us On:

News Archive

PREPARAMENTI GĦAL CD GDID B’MARCI FUNEBRI

Il-Banda La Stella bħalissa qegħda tagħmel il-preparamenti meħtieġa biex tirrekordja CD ta’ marċi funebri għal żmien il-Għid bħala tkomplija f’din is-sensiela.   Il-kollezzjoni l-ġdida se tkun tinkludi marċi ġodda tas-Surmast Direttur kif ukoll ta’bandisti oħra fi ħdan il-Banda La Stella, flimkien ma’ biċċiet oħrajn mill-arkivji mużikali tas-Soċjetà.
 
Naturalment bħalissa jibdew ukoll il-preparamenti għal żmien il-Għid fejn il-banda tagħna jkollha numru ta’servizzi fil-jiem tant għeżież għalina l-Insara, fosthom nhar il-Ġimgħa l-Kbira u nhar l-Għid il-Kbir bi Kristu rxoxt.
 
Aktar tagħrif jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.