PREMJU ĠIEH GĦAWDEX
Nhar il-Ħadd 28 t’Ottubru ċ-Ċirkolo Gozitano flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, fakkru Jum Għawdex, fejn matul is-serata ġew onorati bil-Premju Ġieħ Għawdex 2018 is-Sur Paul M Cassar, President attwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u ex-librar f’Għawdex, u l-Onor. Dr. Anton Refalo, deputat tal-Partit Laburista fil-Parlament u ex-Ministru għal Għawdex. Is-serata saret taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta u għaliha attendiet ukoll il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Justyne Caruana.
Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lis-Sur Cassar u lill-Avukat Refalo ta’ dan il-premju importanti għall-gżira Għawdxija.