PICCOLE STELLE FIL-FESTIVAL MARJAN
Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw lill-Kor tat-Tfal tat-Teatru Astra Piccole Stelle peress li għada se jieħu sehem fil-Festival Marjan bil-kanzunetta Stella Matutina. Is-silta għandha l-lirka tal-Kan. Joe Meilak filwaqt li l-mużika hija kompożizzjoni ta’ Mariella Spiteri Cefai. Nawguraw lit-tfal tagħna kull suċċess.
(Ritratti: Sam Cefai)