PAUL ZAMMIT ELETT PRESIDENT TAS-SOĊJETA’
Wara li nhar il-Ħadd li għadda l-bandisti vvutaw għall-membri tal-kumitat ġenerali l-ġdid, dalgħodu l-istess bandisti residenti reġgħu ġew imsejħa biex din id-darba jivvutaw għall-President tas-Soċjetà.
F’din l-elezzjoni s-Sur Paul Zammit ġie elett bħala President. Is-Sur Zammit ilu għal diversi snin bħala membru fil-kumitat ġenerali tas-Soċjetà, fejn f’dawn l-aħħar snin okkupa l-kariga ta’ Viċi President. F’din il-kariga huwa ħadem bi sħiħ fuq diversi inizjattivi fosthom ir-restawr tat-Teatru Astra u anke fl-organizzazzjoni tal-ewwel tmien edizzjonijiet ta’ Festival Mediterranea.
Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw kull suċċess lis-Sur Paul Zammit fit-tmun tas-Soċjetà tagħna.
Issa, fl-ewwel laqgħa tal-kumitat ġenerali li tkun immexxija mill-president Paul Zammit, jiġu maħtura l-karigi l-oħra u minn hemm tibda l-ħidma għal dawn it-tnax-il xahar li ġejjin.