Join Us On:

News Archive

PROĠETTI FIL-KUMPLESS TAT-TEATRU ASTRA

Rapport dettaljat mis-Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, s-Sur Matthew Zammit, dwar il-ħafna proġetti li għaddejjin fil-kumpless tat-Teatru Astra. Rapport f’format PDF.  

PROGRAMM MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Il-bieraħ filgħaxija, il-Banda Ċittadina La Stella kienet impenjata bi programm mużikali ġewwa Pjazza Indipendenza bħala l-unika attività organizzata minnha fil-festa ta’ San Ġorġ 2021.  Naturalment din mhix festa normali u allura kellna naddattaw kif nistgħu biex ingawdu ftit mill-festa u…

Continue reading

FESTA B’DIFFERENZA

Dawn il-jiem tat-tielet ġimgħa ta’ Lulju kienu ċertament inkunu differenti li kieku ma kienx hawn il-pandemija. Illum il-Ġimgħa, l-aħħar jum tat-tridu, konna nistennew bil-ħerqa d-dimostrazzjoni b’ San Ġorġ u nħarsu b’ħeġġa lejn l-appuntamenti tas-Sibt u l-Ħadd tal-festa.  Imma din is-sena…

Continue reading

QUDDIESA ANIMATA MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Illum, it-Tlieta tal-ġimgħa tal-festa,  huwa jum partikolari ħafna għall-parruċċani ta’ San Ġorġ u l-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Li kieku ma kienx hawn il-pandemija, aħna lkoll konna noħonqu l-Bażilika biex nagħtu merħba lill-patrun u protettur tagħna waqt il-ħruġ min-niċċa. Għal…

Continue reading

IN-NOVENA TA’ SAN ĠORĠ

Hekk kif beda x-xahar ta’ Lulju aħna nibdew inħarsu ħerqana lejn dik il-ġimgħa tant mistennija, il-ġimgħa li twassal sat-tielet Ħadd tax-xahar meta niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Martri.  Dan ifisser ukoll li qabel il-ġimgħa tal-festa, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, nibdew…

Continue reading

GĦADDEJ ĦAFNA XOGĦOL FIL-KAŻIN LA STELLA

Illum, 6 ta’ Ġunju, reġgħu fetħu l-każin f’Malta u Għawdex wara li kellhom jaqgħlqu l-bibien tagħhom minħabba l-pandemija.  Jekk Alla jrid ma ndumux ma nerġgħu niftħu l-Każin La Stella li fih bħalissa għaddej xogħol estensiv f’ħafna partijiet.  Ix-xogħolijiet li qed…

Continue reading

KUNĊERT MILL-ALLJIEVI TAL-BANDA

Il-bieraħ assistejna għal kunċert mill-alljievi tal-Banda Ċittadina La Stella li xxandar fuq il-Facebook Page tagħna.  Prosit tassew lil dawk kollha li ħadu sehem, l-għalliema George Camilleri, Michael Bonanno u Mario Galea, il-preżentazzjoni ta’ Andrea Camilleri, u dawk kollha li ħadmu…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ MARTRI

Għada l-Ġimgħa 23 t’April 2021 huwa jum importanti u mistenni għalina l-Ġorġjani, jum il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, patrun tal-Belt Victoria u sa mill-qedem protettur tal-Għawdxin.  Minkejja ċ-ċirkustanzi li għaddejjin minnhom fil-Bażilika ta’ San Ġorġ hemm atmosfera ta’ festa,…

Continue reading

RESTAWR U ILLUMINAZZJONI TAL-FAĊĊATA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kif nediet proġett ieħor ta’ restawr u illuminazzjoni tal-faċċata. L-ewwel fażi se tkun tinkludi r-restawr tal-parti t’isfel u d-disinn illuminazzjoni ġdida. Biex isir dan il-proġett is-Soċjetà Filarmonika La Stella bdiet kampanja ta’ ġbir ta’ fondi…

Continue reading

SISTEMA TA’ PANNELLI FOTOVALTAJIĊI FIL-KAŻIN LA STELLA

Ftit tal-ġranet ilu ġranet ġiet konkluża l-installazzjoni ta’ panneli fotovoltajiċi fil-Każin La Stella. Dan il-proġett huwa intiż biex itejjeb l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-operat tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra. Dan huwa wieħed mill-ħafna inizjattivi li s-Soċjetà Filarmonika La Stella…

Continue reading

JUM IL-ĠIMGĦA L-KBIRA DIFFERENTI

Sfortunatament l-effetti tal-pandemija reġgħu ħassru l-biċċa l-kbira tal-attivitajiet marbuta ma’ dawn il-jiem tant solenni u mistennija fil-kalendarju liturġiku tal-knisja.  Hija ħasra li għat-tieni sena konsekuttiva l-insara se jkollom isegwu l-funzjonijiet mill-mezzi ta’ komunikazzjoni minflok jiltaqgħu fil-knejjes biex ifakkru l-passjoni, l-mewt…

Continue reading

PROĠETT AMBIZZJUŻ B’FONDI EWROPEJ

Il-bieraħ filgħodu ġie varat proġett importanti u abmizzjuż mis-Soċjetà Filarmonika La Stella, li fih se jkun qed jibbenefika għall-ewwel darba minn fondi ewropej.  Il-proġett jismu Identity of an Island – Gozo: Art between past and present. Għal din l-okkażjoni kien…

Continue reading

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI 2020

Il-bieraħ filgħaxija nżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għas-sena 2020 fit-Teatru Astra. Matul il-laqgħa, li ġiet immexxija mill-President tas-Soċjeta’ Michael Formosa, fost l-oħrajn ġew preżentati ir-rapport amminstrattiv mis-Segretarju Matthew Zammit u r-rendikonti finanzjarji mill-Kontrollur Finanzjarju Joseph Tabone.  Waqt il-laqgħa…

Continue reading

KUNĊERT TAL-EWWEL TAS-SENA MIS-SOLISTI TAL-BANDA

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021 sar kunċert mis-solisti tal-Banda Ċittadina La Stella “The La Stella Soloists New Year Concert”. Il-kunċert sar fis-sala Aula Mgr Giuseppe Farrugia, Bażilika ta’ San Ġorġ il-Belt Victoria.  Matul dan il-programm ħadu sehem; Mario Galea (klarinett),…

Continue reading

TIĠDID TAL-‘MEMBERSHIP’ TAS-SOĊJI 2021

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella qed tniedi l-kampanja ta’ ‘membership’ għas-sena 2021. Kun parti u għin lis-Soċjetà Filarmonika La Stella fi żmien fejn qed jseħħu proġetti kbar li ser jtejjbu l-infrastruttura u d-dehra ġenerali tal-Każin u t-Teatru Astra u l-faċilitajiet tal-Banda…

Continue reading

IT-TIENI EDIZZJONI TAL-FESTIVAL KANTAMAGĦNA FIT-TEATRU ASTRA

Gail Attard hija r-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tal-Festival Kantamagħna li saret fit-Teatru Astra nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021 quddiem udjenza ridotta skont id-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-festival Kantamagħna huwa organizzat minn DCapitals Big Band bis-sapport tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan…

Continue reading

ORAZZJONI FUNEBRI FIL-FUNERAL TAS-SUR PAUL M CASSAR

Orazzjoni Funebri fil-funeral tas-Sur Paul M. Cassar eks Segretarju Ġenerali u Teżorier, u President tas-Socjeta’ Filarmonika La Stella 11 ta’ Jannar 2021 Bażilika ta’ San Ġorġ “Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li…

Continue reading

IĦALLINA S-SUR PAUL M CASSAR

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab f’luttu, wara li rċeviet l-aħbar ħażina li kien ħalliena s-Sur Pawlu Cassar, eks Segretarju Ġenerali u Eks President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Il-kontribut kbir tas-Sur Cassar fis-Soċjetà Filarmonika tagħna jagħmlu bħala waħda mill-kolonni ewlenin ta’ din…

Continue reading

DESK DIARY 2021

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kif ippubblikat Desk Diary, bħalma tagħmel kull sena, liema diary huwa mimli b’informazzjoni utli.  Dan ix-xogħol sar bit-tħabrik u d-dedikazzjoni tas-Sur Dolindo Cassar.  Is-Sur Cassar jieħu ħsieb li jiġbor il-materjal għal din il-pubblikazzjoni inkluż ir-reklami.  Is-Soċjetà…

Continue reading

STUDENTI TAL-BANDA LA STELLA FIN-NOVENA TAL-MILIED

Matul il-jiem tan-Novena tal-Milied, ġewwa l-Bażilika ta’San Ġorġ, ħadu sehem l-alljievi tal-banda tagħna billi daqqew siltiet mużikali marbuta ma’ dawn il-jiem.  Kien ta’ pjaċir u  unur għall-banda tagħna li minkejja ż-żminijiet xejn faċli li għaddejjin minnhom minħabba l-pandemija irnexxielna nkomplu…

Continue reading

KUNĊERT BIEX IFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA

Nhar is-sibt 19 ta’ Diċembru 2020, bħala parti tal-festi li jiċċelebraw it-tifkira ta’ Malta Repubblika, il-kunsill tal-kultura fi ħdan il-Ministeru ta’ Għawdex organizza kunċert mużikali fis-7.00 ta’ filgħaxija, ġo pjazza Indipendenza ir-Rabat Għawdex. Għall-kunċert kienu mistiedna jdoqqu tlett solisti prinċipali…

Continue reading

IMNIEDI KTIEB ĠDID DWAR IT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ filgħaxija ġie imniedi ktieb ġdid bl-isem Teatru Astra – Proġett għal Dejjem, miktub mis-Sur Paul M Cassar, Eks Segretarju Ġenerali u President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Oriġinarjament l-attività kellha ssir fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex imma minħabba l-possibiltà ta’ maltemp…

Continue reading

FESTA TAL-KUNĊIZZJONI FIL-BELT VICTORIA

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru fil-Belt Victoria tiġi iċċelebrata l-festa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni.  Il-kommunità Franġiskana ilha torganizza din il-festa għal bosta snin, liema festa aħna l-Ġorgjani magħha nagħha sens ta’ apparteneneza kbira.  Li kieku ma kienx hawn il-pandemija, bħal…

Continue reading

KTIEB ĠDID DWAR IT-TEATRU ASTRA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella bi pjaċir qed tħabbar pubblikazzjoni ġdida – ‘Teatru Astra, Proġett għal Dejjem’ ktieb li jiġbor fih il-memorji tas-Sur Paul M. Cassar, eks Segretarju Ġenerali u President tas-Soċjeta Filarmonika La Stella, li fost l-oħrajn kien mexxa l-Kumitat…

Continue reading

LOTTERIJA TAL-MILIED

Idħol fiċ-ċans li tirbaħ €1,000.00 f’ cash dan il-Milied u tkun qed tgħin lis-Soċjeta Filarmonika La Stella fit-tkomplija tal-proġetti tagħha. Biljetti jistgħu jinkisbu minn Pjazza San Ġorġ (Carmelo Cremona), Vajrinġa Supermarket u mingħand il-membri tal-Kumitat Ġenerali tas-Soċjeta Filarmonika La Stella. Kull biljett jiswa €2.00. Wieħed…

Continue reading

NUMRU TA’ PROĠETTI FIL-KAŻIN LA STELLA

Bħalissa, għalkemm il-każin huwa magħluq minħabba l-pandemija, hemm ħafna xogħol għaddej fuq numru ta’ proġetti.  F’din il-clip li qed nippreżentaw, il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, s-Sur Michael Formosa, qed jagħti daqqa t’għajn lejn diversi xogħolijiet li huma għaddejjin fil-kumpless tat-Teatru…

Continue reading

1 2 3 4 5 6 37