Join Us On:

News Archive

WIRJA TAJBA MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA

Il-bieraħ, bħala parti mill-ħdax-il edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival kien imiss il-‘La Stella Clarinet Ensemble’ iffurmata minn erba’ klarinettisti tal-banda tagħna li taw kunċert mill-isbaħ fl-Aula Mgr Giuseppe Farrugia, fil-bażilika ta’ San Ġorġ. Għal dan il-kunċert li għalih kien hemm…

Continue reading

IKOMPLI L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Wara l-ftuħ eċċezzjonali tal-ħdax-il edizzjoni tal-festival nhar it-8 ta’ Ġunju mill-kor ta’ St Mary’s College, f’dawn l-aħħar għaxart ijiem kellna xejn inqas minn ħames kunċerti oħra. F’dawn il-kunċerti kellna mistiedna minn pajjiżna l-‘Euphoric Brass Quartet’ li taw kunċert mill-isbaħ fi…

Continue reading

AMEDEO MINGHI FIT-TEATRU ASTRA F’NOVEMBRU

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” bi pjaċir tħabbar il-Kunċert ta’ Amedeo Minghi ġewwa t-Teatru Astra nhar is-Sibt l-1 ta’ Novembru 2008. Dan tħabbar waqt konferenza għall-istampa mill-amministrazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika “La Stella” u tat-Teatru Astra, dalgħodu ġewwa l-lukanda ‘Corinthia Palace’ f’Ħ’Attard. Kif…

Continue reading

IRREKORDJATI L-MARĊI BRIJUŻI

Kif semmejna, fil-jiem li għaddew fuq dan is-sit, il-bieraħ il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ irrekordjat is-sett ġdid ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ San Ġorġ Martri li ser tiġi ċċelebrata fit-tielet ġimgħa ta’ Lulju. Dan kien it-tielet recording li l-banda…

Continue reading

GĦADA JIĠU RREKORDJATI L-MARĊI TAL-FESTA

Għada l-Ħadd, l-ewwel ta’ Ġunju, il-banda ċittadina u dekana ser terġa’ tkun impenajta din id-darba bir-rekording tas-sett ġdid ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ San Ġorġ 2008. Dan ser ikun it-tielet CD irrekordjat f’din is-sena, wara s-sett ta’ marċi funebri li…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIL-MUNXAR

Il-bieraħ fetaħ l-istaġun tal-festi ġewwa Għawdex bil-festa ad unur San Pawl fir-raħal tal-Munxar. Hekk kif bdew il-festi f’Għawdex, nagħta bidu wkoll għal sensiela ta’ impenji għall-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ – banda li għal darb’oħra ġiet mistiedna biex tieħu…

Continue reading

XBIEHA ILLUMINATA TA’ SAN ĠORĠ FUQ GELMUS

Din is-sena, grupp ta’ żgħażagħ Ġorġjani fi ħdan l-Għaqda tan-Nar tal-festa ta’ San Ġorġ, qed jieħdu ħsieb li jżanżnu opra kompletament ġdida li qatt ma dehret fil-festi titulari li jiġu ċċelebrati fil-parroċċi tal-gżejjer tagħna. Din l-opra tikkonsisti fi xbieha artistika…

Continue reading

BBQ KBIR FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju, fit-8.00pm ser jiġi organizzat Barbeque kbir fi Pjazza San Ġorġ. Dan il-bbq qed jiġi organizzat mill-Għaqda tan-Nar, b’risq il-festa, li aktar ma jgħaddu ġranet aktar qed tkompli toqrob. Fil-fatt tmien ġimgħat oħra nkunu fil-ġimgħa tal-festa.…

Continue reading

ILLUM JIXXANDAR ‘XARABANK’ MIT-TEATRU ASTRA!

Wara li nhar il-Ħamis 8 ta’ Mejju filgħaxija ġie rrekordjat il-programm popolari ‘Xarabank’ għall-ewwel darba mit-Teatru Astra, dan il-programm ser jixxandar bħal dejjem fuq l-istazzjon TVM, illejla wara l-aħbarijiet tat-8.00pm. Il-programm tant segwit ta’ qabel il-Eurovision Song Contest qed jixxandar…

Continue reading

L-EWWEL ĦAMIS TA’ SAN ĠORĠ

Illum , nistgħu ngħidu li bdiet uffiċjalment il-preparazzjoni lejn il-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ. Illum il-Ħamis 15 ta’ Mejju 2008 huwa l-ewwel Ħamis minn disgħa li ser iwassluna għall-festa l-kbira ta’ Lulju f’ġieh il-Patrun u l-Protettur ta’ l-Għawdxin San Ġorġ…

Continue reading

IRREKORDJATI L-INNIJIET TA’ SAN PAWL

Fuq inizzjattiva tal-Parroċċa ta’ San Pawl fil-Munxar u tal-kappillan il-Kan. Tonio Galea, il-bieraħ il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ irrekordjat erba’ innijiet tal-patrun ta’ dan ir-raħal. Peress li din hija sena speċjali għall-Pawlini, ġie deċiż li għall-ewwel darba jiġu rrekordjati…

Continue reading

MARISA D’AMATO FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li għadda, għal darb’oħra l-foyer tat-Teatru Astra kien ippakkjat bin-nies li attendew għal ‘Country Night’ organizzata mis-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’. Għal din il-‘country night’ kellna bħala mistiedna kantanta li isimha huwa sinonimu mal-mużika country, Marisa D’Amato. Din kienet…

Continue reading

ŻJARA MILL-AMBAXXATRIĊI AWSTRIJAKKA

Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju 2008, l-Ambaxxattriċi Awstrijakka f’Malta l-E.T. Dr Caroline Gudenus għamlet żjara uffiċjali fil-każin tal-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ u fit-Teatru Astra. Din kienet l-ewwel żjara tagħha fis-sede tas-Soċjetà tagħna. Dr Gudenus kienet akkumpanjata mis-Sur Joseph…

Continue reading

IL-PROGRAMM POPOLARI ‘XARABANK’ MIT-TEATRU ASTRA

GĦALL-EWWEL DARBA MILL-GŻIRA GĦAWDXIJA…IL-PROGRAMM TA’ QABEL IL-EUROVISION, MIT-TEATRU ASTRA! Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għall-amministrazzjoni kollha tat-teatru Astra u tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ li l-kumpanija televiżiva ‘Where’s Everybody’ għażlet it-teatru tagħna biex minnu xxandar il-programm ferm popolari ‘Xarabank’ ta’ nhar il-Ġimgħa…

Continue reading

L-OPRA ‘TURANDOT’ FIT-TEATRU ASTRA

Kif ħabbarna aktar kmieni fix-xahar ta’ Frar ta’ din is-sena, meta tħabbar il-programm uffiċjali tas-seba’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, għal din is-sena l-opra magħżula hija l-opra ‘Turandot’ ta’ Giacomo Puccini. Din l-opra lirika diġa’ ttellgħet fit-teatru tagħna b’suċċess f’Ottubru tas-sena…

Continue reading

JINGĦATA BIDU GĦAL “GOZO 1234”

Wara s-suċċess kbir li kien intlaħaq fl-ewwel edizzjoni ta’ Notte Gozitana, din is-sena reġa’ ġie deċiż li din l-attività kulturali fil-gżira Għawdxija terġa’ tiġi organizzata. Proprju llum hija l-ewwel ġurnata minn erbgħa ta’ dan l-avveniment imsejjaħ “Gozo 1234” – erbat…

Continue reading

JIFTĦU L-FESTI ĊINKWANTENARJI

F’dawn il-jiem, fil-belt Victoria ġie ċċelebrat bl-akbar pompa l-jum liturġiku tal-Patrun ta’ beltna u protettur tal-gżira Għawdxija San Ġorġ Megalomartri – festi li bdew proprju b’velja ta’ talb lejlet il-festa. Din il-velja li għaliha attendiet folla mdaqsa ta’ parruċċani kienet…

Continue reading

JIEM TA’ FESTA

F’dawn il-jiem fil-bażilika tagħna qed jiġu ċċelebrati l-festi f’ġieh Ġesu’ Ewkaristija, magħrufa aħjar magħna bħala l-Kwaranturi Mqaddsa. Iċ-ċelebrazzjonijiet interni marbuta ma’ din il-festa, li hija waħda mill-aktar festi importanti fil-kalendarju tal-parroċċa tagħna, bdew nhar il-Ġimgħa li għadda u jintemmu proprju…

Continue reading

FESTA FAMILJA FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar it-Tnejn 21 t’April fis-7.30pm fi Pjazza San Ġorġ ser tiġi organizzata FESTA FAMILJA – serata ta’ kant, żfin, drama, mużika, ikel u tombli kbar. Din is-serata qed tiġi organizzata biex minnha jinġabru fondi tant meħtieġa b’risq il-festa ta’ San…

Continue reading

ROCK NIGHT FIT-TEATRU ASTRA

Illum il-Ġimgħa, 18 t’April, fil-foyer tat-Teatru Astra ser tiġi mtella’ Rock Night bil-parteċipazzjoni tal-kantant popolari Malti Klinsmann Coleiro u l-band; il-grupp Inner Grey; u numru ta’ DJs lokali. Din ir-Rock Night qed tiġi organizzata fuq inizzjattiva tal-Għaqda tan-Nar San Ġorġ…

Continue reading

IKLA B’RISQ IL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar is-Sibt 19 t’April, l-Għaqda Armar Festi San Ġorġ se torganizza ikla b’risq il-festa Ġorġjana fil-foyer tal-każin ‘La Stella’. Din hija inizzjattiva oħra mill-għaqda ta’ l-armar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ li minnha tiġbor fondi li jgħinu biex ikomplu…

Continue reading

WEBSITE ĠDIDA GĦALL- “FRIENDS OF LA STELLA”

L-għaqda “Friends of La Stella – Canada” għadhom kif bnew website ġdida mimlija informazzjoni u ritratti dwar il-komunità Ġorġjana fil-Kanada. Din il-website li saret fuq inizzjattiva tal-ħabib u benefattur John G. Borg ġiet ‘launched’ ftit tal-jiem ilu. John George Borg…

Continue reading

>> AKTAR RITRATTI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA FIL-BELT VICTORIA

Għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li jżuru dan is-sit, b’mod speċjali ta’ dawn il-bosta dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira qed intellgħu numru sabiħ ta’ ritratti tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u tad-dimostrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt, tal-fotografu Joe Attard. Filwaqt li nirringrazzjaw lis-sur Attard tas-servizz li…

Continue reading

WARA L-FUNEBRI… JIĠU L-BRIJUŻI

Wara li fil-ġimgħat li għaddew il-banda kienet impenjata fil-preparazzjoni tal-marċi fuenbri l-ġodda li ġew imżanżna fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li ħarġet mill-bażilika ta’ San Ġorġ, il-bieraħ il-banda taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Joseph Vella bdiet il-preparazzjoni tal-marċi brijużi. Il-kunċerti preparatorji tal-marċi brijużi…

Continue reading

NIFIRĦU LIL DUN FABIO ATTARD

Is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ tixtieq tingħaqad mal-komunità parrokkjali Ġorġjana biex tifraħ lis-saċerdot Dun Fabio Attard, mill-parroċċa tagħna għall-ħatra tiegħu bħala konsulent għall-pastorali taż-żgħażagħ tas-Sależjani. Din hija kariga fl-ogħla organu tal-Moviment Sależjan fid-dinja jew il-Kapitlu Ġenerali. Dun Fabio ser ikun is-suċċessur…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR MINN ZOO U MORENA FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li għadda, fit-teatru Astra ttella’ spettaklu ieħor mill-grupp teatrali ZOO bl-isem ta’ “Zoo goes neigbours”. Għal dan l-ispettaklu kellna wkoll bħala mistiedna lir-rebbieħa tal-GO Malta Song for Europe 2008, Morena – kantanta Għawdxija li għamlet l-ewwel dehra tagħha…

Continue reading

IL-MUSICAL ‘CINDY’ FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li ġej, 29 ta’ Marzu 2008, fit-Teatru Astra tal-belt Victoria ser jittella’ l-musical ‘Cindy’. Dan il-musical huwa wieħed modern fuq kitba ta’ Mike Smith u Wilf Tudor. Dan il-musical mill-aktar divertenti ser jittella’ mill-istudenti ta’ l-iskola sekondarja Aguis…

Continue reading

IL-ĠIMGĦA MQADDSA FIL-BELT VICTORIA

Fil-ġranet li għaddew il-knisja kattolika ċċelebrat il-Passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, u l-qawmien tiegħu mill-mewt. Fil-belt Victoria, bħal numru kbir ta’ rħula u bliet Maltin u Għawdxin ġew iċċelebrati dawn il-festi, fejn saru kemm il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kif…

Continue reading

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Wara r-rekording tas-sett ġdid ta’ marċi funebri, imiss issa li dawn il-marċi jindaqqu fil-pubbliku waqt il-purċissjoni mill-aktar devota tal-Ġimgħa l-Kbira li ser toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ fil-belt Victoria. Din il-purċissjoni li zgur tmur lura qabel is-sena 1788 hija waħda…

Continue reading

MORENA FIT-TEATRU ASTRA NHAR IS-SIBT 22 TA’ MARZU

Flimkien mal-grupp komiku ZOO, nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu, it-Teatru Astra ser jilqa’ lill-kantanta Għawdxija Morena, ir-rebbieħa tal-festival tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa ta’ din is-sena. Morena, friska mir-rebħ ta’ dan il-festival prestiġjuż għal pajjiżna, aċċettat l-istedina min-naħa tas-Soċjetà Filarmonika La Stella…

Continue reading

LEJN FESTIVAL MEDITERRANEA 2008

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” ħarġet il-programm uffiċċjali tas-seba’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea. Din is-sena dan il-festival kulturali ferm prestiġjuż ser jiftaħ nhar it-Tnejn 20 t’Ottubru u jagħlaq il-Ġimgħa 31 t’Ottubru – festival li ser jiġbor fih numru ta’ site visits…

Continue reading

“ZOO GOES NEIGHBOURS” FIT-TEATRU ASTRA

Il-Kumpanija Zoo Media & Entertainment għal darb’oħra ġiet mistiedna mis-Soċjetà Filarmonika “La Stella” biex ittella’ spettaklu ieħor fit-Teatru Astra. L-ispettaklu li din id-darba ser iġib l-isem “Zoo Goes Neighbours” ser jittella’ nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu fit-8.30pm. Din ser tkun…

Continue reading

INSELLMU LIL MONS. ANTON GRECH VELLA

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” tixtieq tingħaqad mal-kumplament tal-komunità Ġorġjana biex tagħti l-aħħar tislima lil Mons. Anton Grech Vella li ħalliena l-bieraħ, fl-età ta’ 90 sena. Mons. Grech Vella miet fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex imdawwar mill-qraba tiegħu u minn saċerdoti mill-parroċċa…

Continue reading

IRREKORDJAT IS-SETT ĠDID TA’ MARĊI FUNEBRI

Il-bieraħ, il-banda ċittadina u dekana tal-belt Victoria, irrekordjat is-sett ġdid ta’ marċi funebri li mistenni joħroġ għall-bejgħ fil-jiem li ġejjin. Is-sett ġdid ser jinkludi ħdax-il marċ funebri mill-pinna ta’ kompożituri varji. Fost dawn il-marċi, li ser inħabbruhom uffiċċjalment fil-jum li…

Continue reading

1 32 33 34 35 36 38